x'arukaza...x'misthija...x'falliment...
Malta, li darba kienet il-qalba ta' dak kollu li hu tajjeb, saret issa mizghuda b'generazzjoni ta' meqrudin! m'ghadx fadal zaghzugh/a wiehed/wahda li ghandu/ha subghajh/a dritt!! ma tarax! it-tfal ta' llum minn guf ommhom halfu li jeqirdu dak kollu li l-gheziez missirijietna hadmu tant ghalih!!
fejn qabel ...oh zmien helu... it-tfal kellhom ibghaxxu rashom ghal dak kollu li jghidu l-genituri, illum le! ma tarax! it-tfal ta' llum arditi! jekk ma tkunx l-ahhar kelma tieghu, ma jkunx hu!
insejna s-sens ta' gabra! it-tfal ta' llum mohhom biss biex johorgu mid-dar...u qabel ma titla' x-xemx, ma jidhlux 'lura! mur gibhom il-genituri tallum ikollhom 12...13 -il wild u kellhom kollha jistennewhom jidhlu 'lura d-dar! hasra li gieli l-anqas l-unika wild ma jistennew jigi 'lura...it-tfal ta' llum mohh ir-rih!
u xi nghidu ghall-isbah poezija li l-Malti qatt kiteb b'demmu - it-twemmin! l-gharaq, id-dmugh, l-ugiegh li l-gheziez missirijietna tant iggieldu ghalih fl-Assedju ta' l-1565 illum armejnih kollu fiz-zibel! it-tfal ta' llum ingrati! fejn qabel konna nidhlu ghal quddies nhar ta' Hadd u ma nfallux wahda...mqar noqghodu nitkellmu u nidhqu...illum dat-tfal ma jhossu htiega ta' xejn!!
u nistaqsi, ta' bahnan li jien, it-tfal tal-bierah fejn marru? fejn kienu biex jiehdu hsieb li t-tfal ta' llum ma johorgux daqshekk mill-aghar?
min huma l-volontiera li jahdmu f'dawn l-oratorji, centri taz-zghazagh, play schools...jaqaw mhux zghazagh ta' llum dawn ukoll?
hasra li t-tajjeb li ghandhom dawn it-tfal ta' l-bierah jibqa' bejnhom u bejn ruhom...huma u jmaqdru lit-tfal ta' llum :)

...u erhina nitkazaw...u erhina nittimbraw...