Sunday, October 26, 2008

inzel xita...

biex nghidilkom is-sewwa llejla ma kontx naf ezatt fuqhiex ser naqbad nikteb f'dan il-blog...izda messitni l-kuxjenza li ilni wisq ma nikteb fuqu...u malajr sibt suggett kemxejn interessanti...

jiena tifel minn Hal Balzan, ic-centru ta' din il-gzira, u wiehed mill-ftit irhula Maltin li minn fuq il-bjut ma jidhirx daqxejn ta' bahar...anqas u anqas ir-riha ta' dik l-imluha li tiftahlek l-aptit ghal xi bicca hobz biz-zejt, ghal fuq xi bank relax...

izda, jekk hux b'hidma tal-kunsill, tal-gvern centrali, jew ta' xi qawwa sopra-naturali, hadd ma hamel li mill-Gzira tal-Bahar ul-Bahrin ikun hemm rahal wiehed li hu wiehed f'dan l-istat ta' nuqqas ta' bahar! ghalhekk fix-xitwa il-bahar jidhol xoghol mal-bqija tal-Maltin habrieka, u jigi residenti maghna n-nies tac-centru. iva! tarah, f'dik il-halba xita, ghaddej ghal ghonq it-triq...kannelli jxaqleb fl-ahdar...jithallat maghna l-ippersegwitati u l-imcahhdin, bhal donnu jpattielna ghan-nuqqas li ngarrbu matul l-istagun tas-sajf...

ilmijiet shah li jorganizzaw irwiehhom fit-toroq principali, b'manifestazzjoni piroteknika ta' funtani minn qiegh l-istess toroq, l-hekk imsejha tappiera-mifqughin. u bhal dak li qallu mhux bizzejjed, tisthajjel dawn l-ilmijiet xi ministru hiereg ghal politika, ghaliex iva...il-bahar Malti jorganizza wkoll il-house visits...u li xejn ma nibdel ma' dik is-sitwazzjoni fejn issib ruhek imqajjem fl-erbgha ta' filghodu tixxotta l-kcina minn dan l-ilma li dahallek volontarjament...

u xi nghidu ghar-riha li tpaxxik...nibda nara lill-girien kollha taghna jixxabbtu fuq il-bjut taghhom...jiggieldu bejniethom min ser jiehu l-aktar minn dik ir-riha...li le ma tkunx biss ta' ilma tal-bahar, l-anqas Aqcua di Gio`...imma Riha ta' Ha`...Riha ta' Be`...u Riha ta' Dijare`...

u dan kollu biex ma nsemmix l-avventuri li rridu nghaddu minnhom ahna tal-wied biex nohorgu ftit mid-dar...il-ghala Splash 'n' Fun? kemm taqsam it-triq...and you'll Splash your heart out!!

u dan kollu...wara nofs siegha xita...





Wednesday, October 15, 2008

we will rock you...

hmmm...hekk kif tlajt fuq tal-linja mill-Junior College geddidt hafna memorji, sbieh u koroh, u kelli wkoll ix-xorti nahseb xi ftit fuq dak li kont qed nara...

dak l-istage...dawk in-nies jimbuttaw ghal tal-linja...dik ir-riha tal-pastizzi li tnessiek il-kliem fahxi li tkun se tghid jekk titlef tal-linja...

...dawk iz-zghazagh lebsin bl-iswed, b'xaghrhom twil, b'hafna gilda u hadid, b'dik il-harsa tghidlek "dejjaqtli l-warrani man"...

dawn minn dejjem hemm kienu, u ghal dejjem hemm ha jibqghu.

hasra li fiz-zghozija tintnesa l-hmura ta' l-imhabba u minflok il-hadid li jkesshek...id-dawl tax-xemx safrani u minflok l-iswed li jdallam...in-nifs safi qalb il-hdura u minflok l-gheluq tal-mohba ta' wara l-frenza...il-liberta` tal-bahar blu u minflok ic-cinga tal-gilda li torbtok...u dak is-sabih kollu li jlaqqa' flimkien lil dawn l-erbgha elementi...

...hasra tintilef dik it-tbissima wara l-immagini taz-zghazugh li addatta hajtu fuq stil ta' muzika...