Friday, November 28, 2008

Malta u l-Maltin

l-ahwa…ejjew nohorgu niccelebraw, ghaliex ahna lkoll naghmlu parti mill-poplu malti u nghixu fuq il-gzira tal-paci u xempju ghal min irid jizviluppa, il-gzira ckejkna izda kbira fil-valuri, Malta taghna!

ijwa gheziez, ifirhu ghax ghandna biex! bhali u bhalek hawn biss 400,000 jghixu fuq xulxin fuq din il-gzira, u bejn wiehed u iehor l-istess numru imxerrdin mal-bqija tad-dinja! bejnietna qajla naqbzu l-miljun, izda kollha bejnietna nafu li ahna qeghdin ftit ghax ahna collector’s item!

aqbad karta u ibda nizzel il-karatteristici ta’ malti tipiku…

mela l-ewwel u qabel kollox l-etnicita` trid tkun…ta’ nisel semitiku…lele mhux gharbi…semitiku…minn…emm…minn Semitikland…imma hemm minna li gejjin minn Englishland ukoll…anzi mir-Renju Unit…mela Skozzja, Irlanda, Galles ukoll…eh! u anka mill-Italja ehe…u ghandi siehbi li ghandu l-familja minn Holland…malti da…mela ehe jista’ jkun minn hemm ukoll, u naf ukoll xi tnejn li ghandhom nisel Russu…mela dawk zidhom mal-probabbilta`.

mela zomm…nergghu nibdew…biex tkun Malti tista’ tkun jew minn Semitikland, jew mill-Ingilterra, jew mill-iSkozzja, jew mill-Irlanda, jew mill-Galles, jew mill- Olanda, jew mill-Italja, jew mir-Russja. ssa…gieli jista’ jkun li jkollok xi nisel mill-Afrika centrali…mela ok…tista’ tkun anka ta’ nisel Nigerjan, Sudaniz, Kenjan, Etjopjan, Eritrej, Rwanda, Kongoliz, ecc ecc…

ehe u niftakar is-sir tal-malti kien qalilna li ghandna wkoll xi kliem Lhudi u Spanjol fil-lingwa taghna. heqq..tghid xi spanjolito jew xi lhudi m’ghandniex fid-demm jew? ok mela zid mal-bqija…

heqq…u kliem bhal bongu u bonswa…huma l-verzjoni maltija ta’ bonjour u bon soir! mala inzidu lil hutna l-francizi maghna…

u biex inkunu safe zgur…ejjew nghidu wkoll li haw xi maltin li huma ta’ nisel Grieg, Ciprijott, u Tork…ghax dawn kienu gejjin u sejrin minn pajjizna fl-imghoddi.

ok mela s’issa semmejna l-etnicita` tal-maltin…li ddecidejna li hija…afro-asjo-ameriko-anglo-semitiko-ewro-maltija pura…

…imbghad…

imbghad trid tkun taf titkellem sew bil-malti (ha naqtghu fil-qasir ghax ghajjejt)…u…ma kull okkazjoni li jkollok thares ‘il barra u tghid “kemm m’ghandna xej malta!” u tibki xortik li gabitek bezzul…izda f’qalbek tkun kuntent li kellek ix-xorti titwieled f’din il-Gzira…

Wednesday, November 05, 2008

Dejavu...

jien u nara t-tv llum fuq l-istazzjonijiet barranin, kull fejn tqelleb tara lil dak ir-ragel ta' kulur akkumpanjat mill-mara uz-zewgt itfal tieghu, ixejjer lil dawk in-nies li gew jifirhu bih...

u harist lejn dawk in-nies...u qisu kelli dejavu...

fejn rajta qabel din l-ewforija?

...hmmm...ijwa ijwa f'pajjizna meta dhalna fl-ewropa...imma l-USA ma dahlu fl-ebda unjoni ewropea...u le mhux hemm zgur...ghax stenna ftit...jekk qed nara sewwa...dawn ic-celebrazzjonijiet madwar id-dinja kollha ghaddejjin...anka l-lecturer taghna dalghodu..."President Obama in 2008"...ukkja ha j'tihom it-tant mixtieqa payrise da jew?

...jew forsi...eee ijwa!! fl-iraq u fl-afghanistan!! ijwa zgur hemm rajtha din l-esrpessjoni mignuna ta' ferh...

...imma zomm...dawk kienu daqshekk ferhanin mhux ghax helsu mid-dittatorjal u mit-terrur? u le kif jista' jkun! the free world man qed nitkellmu ta...heqq u dr.arbuxellu (il-kelma maltija ghal sigra zghira) dak vera hadem kontra t-terrorizmu, u ghall-paci fid-dinja u x'naf jien...hux?