Monday, August 18, 2008

Easy money...

minhabba li ghandna hajja mghaggla...difficli...demanding...ahna l-bnedmin u, b'mod specjali, ahna l-Maltin inhobbu dejjem insibu dik ix-shortcut li zzommlok bilanc bejn hajja mignuna u hajja li jirnexxilek tghix...

mela jien u ghaddej b'tal-linja minn bosta nhawi Maltin sibt ruhi kemm -il darba ma jkolli xejn x'naghmel, specjalment ladarba jkun irnexxili nara fejn tinsab il-qanpiena! u ghalhekk, f'din l-atmosfera ta' apatija, ninfexx inhares barra lejn it-toroq u l-hajja urbana Maltija 'il barra minn dik it-tieqa li ma tinfetahx, u bdejt ninnota bosta hwienet b'forma gdida jkattru u jkabbru...

...tinted glass, hafna kuluri li jappellaw ghall-ghajnejn, disinnji moderni...imbghad logo u isem daqstantiehor moderni li jigbduk tidhol gewwa. u serrah rasek...kollox fair...kulhadd jissapportja lilek...idhol gewwa b'ewro, u ohrog bi 2...3...10...100...easy money...

u ixghel xemgha lil Sta. Rita li ma jkunux easy debit...

-----
Nota:

Sta. Rita hija l-protettura tal-affarijiet impossibli.

Friday, August 15, 2008

being healthy is having fun...

jien u nara l-Olimpijadi meraviljuzi li ghaddejjin bhalissa gewwa l-belt ta' Bejging, qed insib lili nnifsi niccassa dejjem aktar...u minhabba li jiena midhla ta' l-isport ta' l-atletika nibda napprezza dejjem aktar dawn it-talenti ghax nista' biss nimmagina xi sforz u x'impenn jiehdu dawn l-atleti biex jaslu fl-istat ta' eccellenza li qeghdin fih!

...mostri bhal Michael Phelps fl-ghawm, 6 medalji tad-deheb minn 6 -itlielaq, Bolt tal-Gamajka fl-atletika jghamillek nofs tellieqa jhares 'l hemm u 'l hawn hu u jigi l-ewwel fil-heat tieghu bil-hin ta 9.99 sekondi...

hasra li gewwa pajjizna m'ghandniex minn dawn il-fenomeni. nistaqsi ta' spiss lili nnifsi kif qatt ma brilla fenomenu ta' dak it-tip gewwa Malta...ir-risposta bdejt nasal ghaliha bil-mod...

fil-bidu ta' dan is-sajf kelli x-xorti li nqatta' ftit ta' zmien gewwa l-art tal-Belgju, u xogholi kien proprju li nilghab mat-tfal tal-post. u hekk kif wasalt fil-playground fejn kont ser noqghod...bdejt nillumina ruhi...

dlonk gewni memorji ta' tfuliti...qatt ma kont tajjeb fil-football bhal shabi...imma biex nibqa' hbieb maghhom kont immur nigri wara l-ballun meta jitfghuh barra...tghidx x'kull girja kien ikolli niehu minhabba f'hekk...u ladarba kont nasal sal-ballun kien ikolli nigriha 'lura...fix-xemx tizreg ta' Malta...u gieli kont nispicca nimxi bicca minnha...

u dlonk immaginajt lili nnifsi tifel Belgjan...li mhux tajjeb la fil-football u l-anqas fl-isport l-ohra varji li jaghmlu hemmekk...imma jrid jigri wara l-ballun...bhac-cuc...bhalma kont jien warakollox :)...f'arja li fiha 4 darbiet daqs il-ground li kont nilghab fih f'Malta...wasalt sal-ballun...u forsi xxabbatt ma' xi sigra wkoll biex gibtu...u kelli nigri 'lura ghax qabditna x-xita...

tghidli...kemm qed timmagina...lele...imma t-tfal ta' dawn il-postijiet kbar jitilghu ferm b'sahhithom fizikament...ghandhom fejn jaghmlu kull tip ta' ezercizzju u jibqghu f'ambjent ta' tfal...f'ambjent ta' loghob...u ghalhekk (skuzawni ha niktibha bl-Ingliz) being healthy is having fun...

nifhem li hemm hafna fatturi ohra minbarra dan li semmejt hawn fuq...imma nemmen li f'Malta din il-filosofija ghadha qeghda taqbad...u nixtieq li ma ddumx ma tidhol bicca wahda fil-kultura taghna...xejn xejn innaqsu mill-kultura ta' tfal obizi...ghax ijwa bilhaqq...f'dik ahna tassew fenomeni...

Wednesday, August 06, 2008

Meta gejna bzonn il-flus...

jekk ahna bhala Maltin m'ghandna xejn tajjeb, bla dubju li ghandna generozita` qawwija!

nitpaxxa inqalleb fuq it-televizjoni Maltija u nara programm fuq iehor...granet shah...b'hafna numri twal fil-qiegh tal-iscreen jindikawlek in-numri li ghandek iccempel biex titfa' id-donazzjoni tieghek! tassew li ghandna kwalita` li ta' min niftahru biha dik li naraw kif inkunu vicin tal-batut, tal-isfortunat, fl-aktar zmien difficli! tassew li jekk ghadni ma ktibt xejn serju f'dan il-blog, din is-sentenza hija l-ewwel haga...

u dawn il-programmi jilqghu fosthom l-ghola talenti Maltin! bhallikieku kulhadd ikun irid jaghti daqqa t'id fil-gabra...kulhadd jibda jinduna li jaf ikanta, li jaf jizfen! "immela le!! qatt ma smajtni fix-shower?" ... imbirik'Alla...kulhadd qed johrog is-CDs...

oh xi gmiel ta' zfin! erhina nikxfu l-koxxox...oh sbejha generozita`...tant li xi kultant nisthajjilhom ibieghu hwejjighom biex itellghu is-somma! x'qalb tad-deheb...

it-tfal Maltin kollha isiru il-Maltese Idol ahharin...bil-genituri jghasru sal-ahhar qatra t-talenti ta' uliedhom f'gieh il-kawza gusta tal-gabra...

addio kulur politiku...meta nigu ghall-gbir ta' fondi...kulhadd imur fuq ta' kulhadd! il-ghala l-partiggjanizmu? jekk Alla tak 5 talenti...kattarhom u ghamilhom 10...u aqsamhom ma' haddiehor...ma' kulhadd...

u erhina niddandnu...u erhina nistunaw...

l-aqwa li ladarba tlesti mill-wirja ta' talent...taqla' capcipa u tohrog b'messagg kreattiv bhal "cemplu cemplu cemplu!"