Wednesday, August 06, 2008

Meta gejna bzonn il-flus...

jekk ahna bhala Maltin m'ghandna xejn tajjeb, bla dubju li ghandna generozita` qawwija!

nitpaxxa inqalleb fuq it-televizjoni Maltija u nara programm fuq iehor...granet shah...b'hafna numri twal fil-qiegh tal-iscreen jindikawlek in-numri li ghandek iccempel biex titfa' id-donazzjoni tieghek! tassew li ghandna kwalita` li ta' min niftahru biha dik li naraw kif inkunu vicin tal-batut, tal-isfortunat, fl-aktar zmien difficli! tassew li jekk ghadni ma ktibt xejn serju f'dan il-blog, din is-sentenza hija l-ewwel haga...

u dawn il-programmi jilqghu fosthom l-ghola talenti Maltin! bhallikieku kulhadd ikun irid jaghti daqqa t'id fil-gabra...kulhadd jibda jinduna li jaf ikanta, li jaf jizfen! "immela le!! qatt ma smajtni fix-shower?" ... imbirik'Alla...kulhadd qed johrog is-CDs...

oh xi gmiel ta' zfin! erhina nikxfu l-koxxox...oh sbejha generozita`...tant li xi kultant nisthajjilhom ibieghu hwejjighom biex itellghu is-somma! x'qalb tad-deheb...

it-tfal Maltin kollha isiru il-Maltese Idol ahharin...bil-genituri jghasru sal-ahhar qatra t-talenti ta' uliedhom f'gieh il-kawza gusta tal-gabra...

addio kulur politiku...meta nigu ghall-gbir ta' fondi...kulhadd imur fuq ta' kulhadd! il-ghala l-partiggjanizmu? jekk Alla tak 5 talenti...kattarhom u ghamilhom 10...u aqsamhom ma' haddiehor...ma' kulhadd...

u erhina niddandnu...u erhina nistunaw...

l-aqwa li ladarba tlesti mill-wirja ta' talent...taqla' capcipa u tohrog b'messagg kreattiv bhal "cemplu cemplu cemplu!"

1 comment:

PePe said...

sakemm ma jkunx emm xi trolley bhala premju 'mill-isbah' u meta tghid hello jsaqsuk 'int qatt irbaht xi haga sinjura???' 'ux qatt ma rbaht xejn?'
cool bloggs maqq
pearl