Friday, August 15, 2008

being healthy is having fun...

jien u nara l-Olimpijadi meraviljuzi li ghaddejjin bhalissa gewwa l-belt ta' Bejging, qed insib lili nnifsi niccassa dejjem aktar...u minhabba li jiena midhla ta' l-isport ta' l-atletika nibda napprezza dejjem aktar dawn it-talenti ghax nista' biss nimmagina xi sforz u x'impenn jiehdu dawn l-atleti biex jaslu fl-istat ta' eccellenza li qeghdin fih!

...mostri bhal Michael Phelps fl-ghawm, 6 medalji tad-deheb minn 6 -itlielaq, Bolt tal-Gamajka fl-atletika jghamillek nofs tellieqa jhares 'l hemm u 'l hawn hu u jigi l-ewwel fil-heat tieghu bil-hin ta 9.99 sekondi...

hasra li gewwa pajjizna m'ghandniex minn dawn il-fenomeni. nistaqsi ta' spiss lili nnifsi kif qatt ma brilla fenomenu ta' dak it-tip gewwa Malta...ir-risposta bdejt nasal ghaliha bil-mod...

fil-bidu ta' dan is-sajf kelli x-xorti li nqatta' ftit ta' zmien gewwa l-art tal-Belgju, u xogholi kien proprju li nilghab mat-tfal tal-post. u hekk kif wasalt fil-playground fejn kont ser noqghod...bdejt nillumina ruhi...

dlonk gewni memorji ta' tfuliti...qatt ma kont tajjeb fil-football bhal shabi...imma biex nibqa' hbieb maghhom kont immur nigri wara l-ballun meta jitfghuh barra...tghidx x'kull girja kien ikolli niehu minhabba f'hekk...u ladarba kont nasal sal-ballun kien ikolli nigriha 'lura...fix-xemx tizreg ta' Malta...u gieli kont nispicca nimxi bicca minnha...

u dlonk immaginajt lili nnifsi tifel Belgjan...li mhux tajjeb la fil-football u l-anqas fl-isport l-ohra varji li jaghmlu hemmekk...imma jrid jigri wara l-ballun...bhac-cuc...bhalma kont jien warakollox :)...f'arja li fiha 4 darbiet daqs il-ground li kont nilghab fih f'Malta...wasalt sal-ballun...u forsi xxabbatt ma' xi sigra wkoll biex gibtu...u kelli nigri 'lura ghax qabditna x-xita...

tghidli...kemm qed timmagina...lele...imma t-tfal ta' dawn il-postijiet kbar jitilghu ferm b'sahhithom fizikament...ghandhom fejn jaghmlu kull tip ta' ezercizzju u jibqghu f'ambjent ta' tfal...f'ambjent ta' loghob...u ghalhekk (skuzawni ha niktibha bl-Ingliz) being healthy is having fun...

nifhem li hemm hafna fatturi ohra minbarra dan li semmejt hawn fuq...imma nemmen li f'Malta din il-filosofija ghadha qeghda taqbad...u nixtieq li ma ddumx ma tidhol bicca wahda fil-kultura taghna...xejn xejn innaqsu mill-kultura ta' tfal obizi...ghax ijwa bilhaqq...f'dik ahna tassew fenomeni...

1 comment:

maqqju said...

nixtieq naghti update ta' l-unuri li l-imsemmijja atleti hawn fuq gabu fl-Olimpijadi aktar tard wara li ktibt dan il-post

Michael Phelps kiser kull rekord ta' l-aktar bniedem li rebah medalji tad-deheb wara li irnexxielu jikseb 2 ohra...u allura 8 medalji tad-deheb minn 8 kompetizzjonijiet...

Usain Bolt kiser ir-rekord dinji tal-100m f'hin ta 9.69s, bi prestazzjoni meraviljuza. Bolt beda jiccelebra r-rebha tieghu 20m qabel ma spicca t-tellieqa, u madanakollu xorta rnexxielu jkisser u jfarrak (iva ghax mhux biss kiser!) ir-rekord li kien tieghu stess qabel...