Tuesday, June 24, 2008

Emo's

AVVIZ MID-DIPARTIMENT TAL-KULTURA : thossok wahdek? eqleb emo ;)

aktar ma jghaddi z-zmien aktar naraw avvanzi fil-kultura. fejn qabel - oh helwa tfuliti - kont nifrah b'daqxejn ta' tpingija b'daqxejn ta' biro fuq idi, issa l-kultura tippermetti aktar minn hekk! tpengix - naqqax f'idejk. naqqax fil-gilda ismek, jew xi buzz word li biha shabek jarawk aktar king.

zghazagh li jinhbew wara l-frenza, 'il boghod minn shabhom - ghax ahna emos hallina wahedna...

...izda shabhom huma wkoll emos. ta' spiss niftehmu biex niltaqghu u nilbsu parigg xulxin. iva, ta' emos. ahwa fis-solitudni, u nzommu kumpanija lil xulxin...

...hux?

Saturday, June 14, 2008

Dejjem tieghek...santa subito!

bhal hafna minn shabi l-istudenti, bhalissa ghaddej minn zmien iebes ta' ezamijiet u wasalt fi stat fejn kelli bilfors naqsam dan id-dwejjaq tieghi ma' xi hadd ta' fiducja! u liema soluzjoni hija aktar xierqa milli tara daqxejn il-famuz tele-hlewwa ta' Dejjem Tieghek, [She who must not be named]?

frazijiet mirquma bl-ahjar Malti li ma jintuzax! frazijiet ideali f'halq l-atturi ideali. kif jista' xi hadd ma jhossux komdu jiftah qalbu mal-protagonista, specjalment meta wiehed jiftakar li dan huwa karattru fittizju b'10 snin esperjenza fuq it-televizjoni Maltija! x'cuc hu Montalbano! persuna fil-kalibru ta' Chuck Norris - Robin Hood ta' zmienna. bniedma li fl-ezistenza taghha rat minn kollox u li madankollu tibqa' qrib il-batut! u ghalhekk, kif jista' xi hadd ma jidentifikax ruhu ma' imqar wahda mis-sitwazzjonijiet li ssib lilha nnifisha fihom l-ghaziza [She who must not be named]?

tassew li meta naslu ghas-si un-no fl-ahhar tas-sena, proprju meta jinghataw il-premijiet ta' l-aktar programmi segwiti, ma jkollniex bzonn l-ebda suspans biex inkunu nafu r-rizultati! l-ebda drama Maltija ma tikkompeti! l-ebda drama Maltija mhi alternattiva xierqa! infatti...l-ebda drama Maltija ohra ma tkun qed tidher nhar ta' Hadd filghaxija fl-istess hin :)

imbghad kull sena nisimghu l-ghidud li Ta' [She who must not be named] mhux se jkompli. u hemm nibdew nisimghu il-biki u t-thezziz tas-snien. krizi nazzjonali. talb u pellegrinaggi li ma jinstemghu m'ghand hadd hlief m'ghand l-awtrici :) li min-naha taghha taqtghalna xewqitna b'estenzjoni ghal sena ohra!

santa subito! tismaghhom jghajtu!

Monday, June 09, 2008

E-Life

qeghdin fis-seklu 21, u issa bdejna napplikaw termini godda fil-vokabularju taghna li jirriflettu l-hajja teknologika li qeghdin nghixu: e-mail, e-degree, e-commerce, e-banking...

e-kemm sirna cool hux? :) kollox mill-kumdita` ta' darek. kollox minn fuq dak is-siggu komdu tad-desk tieghek, minghajr hafna queues u telf ta' hin zejjed. u xi nghidu jekk inzidu ma' dawk li semmejna l-e-life? liema bniedem ordinarju jista' jkellem 10 min-nies f'daqqa (jew aktar!!) jekk mhux fuq l-internet? xi cwiec kienu dawk li jidhru f'aktar minn zewg postijiet e!

generazzjoni tal-kumdita` u tas-serhan il-mohh!! mhux ahjar migburin id-dar iz-zghazagh milli jiggerrew barra? ma jmurx ittajjarhom xi karozza!! jew jaqbdu xi vizzju ikrah!! lele...paceville kollu nkwiet sar illum - art tad-dnubiet! u mhux talli hekk! l-opportunitajiet li ghandhom iz-zghazagh tallum huma enormi! mhux talli jitkellmu ma' cikku ta' wara l-kantuniera...imma anka ma' cikku ta' New York u ta' Washington DC - li ghalkemm ma tafx min hu, mhux daqshekk importanti! jekk barrani u jitkellem bl-ingliz - diga bizzejjed! :)

opportunitajiet kbar!! l-attenzjoni tal-generazzjonijiet prezenti hemm qeghda, migbura fuq post wiehed. the global village. l-hekk imsejjah human touch m'ghadux jappella, ghalkemm xorta qed nippruvaw noholqu e-version tieghu.

hasra li ghada pit-ghada trid tiltaqa' ma' nies tad-demm u l-laham - hasra li ma tezistix sign-out biex taqta' id-diskors ta' xi hadd li dejqek!

Thursday, June 05, 2008

Gej is-sajf...gejjin il-festi

hekk hu gheziez huti maltin u ghawdxin...gejjin l-gheziez festi!! u ta' spiss nsibu li programmi ta' diskussjoni fuq it-tv jorganizzaw dibattiti shah, nazzjonali, internazzjonali, ufficjali, u l-bqija tat-termini li jispiccaw bil-"ali", biex jippruvaw isibu konkluzjoni xierqa ghal din il-kwistjoni li f'malta ila ghaddejja zmien u ghomor...

jiena m'ghandix programmi tat-tv sfortunatament, izda ghandi dan il-blog.

mistoqsija ovvja hija "x'inhuma l-festi?" u t-twegiba ovvja taghha hija "devozzjoni lejn il-qaddis/a patrun/a tar-rahal/belt"...tajjeb.

u ghalhekk hallih ha jibda l-brijju! briju kbir!! sparar fuq sparar u gib lil min jispara!! armar sabih, l-ifjen materjal, l-ahjar piroteknicita, banda b'marci li jgennu lill-folla, qubbajt, fast-food, gugarelli tal-made in china li ma ssib imkien aktar hlief fil-pjazza dakinhar tal-festa! dwal kontra dwal u addio s-surcharge, uxeee dak issa jkun jafulna l-patrun...

imbghad xi nghidu ghall-partecipazzjoni ta' xi whud delettanti tal-marc f'certu inhawi...dak il-flixkun birra li xxerred fuq ta' madwarek waqt il-marc ta' filghodu dejjem tkun tridu eh! u heqq, imbghad fejn se tpoggih il-flixkun? mhux twaddbu lil xi hadd?!...uwejja...m'ahna nghidu xejn kbir b'daqshekk!! imbghad jahfrilna l-patrun...

lele izda mhux kollha jippartecipaw l-istess...imma dik il-kelma hazina fuq il-kazin ta' kontrina...uwejja...b'daqshekk?!

id-devozzjoni xi kultant titilfek...tidhol fl-ispirtu...u xi kultant l-ispirtu jidhol fik...

jekk wiehed qabel xejn jiccekkja ftit il-ghala dawn in-nies ghexieren u mijiet ta' snin ilu inghataw it-titlu ta' qaddisin, malajr jinduna li kienet is-semplicita` taghhom - il-hajja ezemplari - il-paci li ppridkaw. sewwa wisq. kellna bzonn erbgha bhalhom iduru ma' saqajna...jew nsomma, forsi ahjar le ghax ikollna aktar festi...

-----

p.s. jiena m'ghandi xejn kontra l-kultura tal-festi - anzi nahseb li hija okkazjoni fejn ir-rahal iqum fuq tieghu, u jigu varati bosta talenti fir-rahal. izda tajjeb forsi li l-konnotazzjoni mal-qaddis/a tittiehed ftit aktar bis-serjeta`. :)

Wednesday, June 04, 2008

Il-Fenomenu ta' l-Ezamijiet

minhabba li ghaddej bl-ezamijiet, thajjart li nimla ftit il-hin billi noqghod nosserva ftit is-sitwazzjoni li jien u shabi ninsabu fiha...u hrigt b'konkluzjonijiet tabilhaqq interessanti. nixtieq qabelxejn niskuza ruhi ma' dawk delettanti ta' l-istatistika talli miniex ninkludi hawnekk numri u persentaggi.


l-aktar fenomenu komuni fost l-istudenti waqt l-ezamijiet hija s-similarita` li titrabba bejnhom u l-orsijiet fil-harifa. nies li matul is-sena jkunu l-eqqel fost dawk li jzommu d-dehra taghhom nadifa tibda tarahom jigu jixbhu aktar u aktar lill-orsijiet: lehja twila, xaghar twil, snien sofor...etc. interessanti wkoll li dan il-fenomenu jigi wkoll manifestat mill-attitudni taghhom ghad-dawl tax-xemx. hareg car mill-istudji li saru li l-maggoranza ta' dan it-tip ta' studenti (ejjew insejhulhom l-Orsijiet) jiehdu d-decizjoni li ma johorgux mid-dar (sakemm mhux ghall-ezamijiet...jew biex jingemghu bejniethom biex jistudjaw - verb kemxejn kumpless ghal xi whud) biex imbghad johorgu wahda tajba (l-hekk imsejha damdima) wara li jispicca kollox.

manifestazzjoni ohra, li ta' min nghidu minn qabel hija kompletament opposta ghal dik li tohrog mill-Orsijiet, hija ta' dawk li matul l-perjodu ta' l-ezamijiet jibdew ibaghtu minn claustrophobia qawwija. dawn l-istudenti jibdew jaraw x'jaghmlu biex jaghmlu attivitajiet paralleli, meta s-sens komun jghidlek li tajjeb li tqatta' aktar hin tistudja. hemm diversi modi ta' kif wiehed jesprimi din il-fobia. hemm uhud li jiddeciedu li jaghmlu pass importanti f'hajjithom f'dan iz-zmien, nghidu ahna jaqtghu is-sigaretti, jibdew dieta, jew sahansitra jiddeciedu li jiehdu sport bis-serjeta`. il-fobia f'dan il-kaz hija kemxejn sottili, izda xorta wahda taqa' taht claustrophobia minhabba li b'dan il-mod huma johorgu mill-gheluq tas-sitwazzjoni ta' l-ezamijiet billi jaghtu xejra differenti lill-hajjithom. aktar cari minn hekk hemm dawk li jibdew jaraw kif johorgu mid-dar aktar ta' spiss ghal kull skuza opportuna (attivita` li fost il-genituri tissejjah "jiggerra barra" jew "biza' li jaqa' s-saqaf fuq rashom"). dawn l-istudenti huma, ghalija, l-Artisti ta' l-ezamijiet ghax dan iz-zmien donnu jinspirahom aktar milli jirrestringilhom hajjithom.

il-konkluzjoni ta' din l-analizi hija li, minkejja b'modi differenti, l-ezamijiet jinstigaw fil-qalb ta' kull student bhal bzonn li jerga' 'lura ghall-origini tieghu tan-natura. hija ghalhekk opportunita`, aktar milli sitwazzjoni kerha, li minflok thallas session yoga biex tinghaqad man-natura...taghmel xi ezami :)

goodluck ghal kulhadd.

matthew :)

Tuesday, June 03, 2008

L-ewwel Blog - The first Blog - Il primo Blog - lahskajshdkaj Blog :)

jiena matthew croker,

wiehed mill-hafna laqmijiet tieghi huwa l-maqqju , ghalhekk semmejtu hekk dan il-Blog.

ghandi hafna hobbies. nigri (athletics), indoqq, naghmel l-istorbju, nohloq il-panik, naghmel ic-cajt, u l-akbar wiehed : nghaddiha mal-hbieb. Ma nahsibx li ghandi hajti aktar interessanti minn tieghek li forsi m'ghandekx blog u li qed taqra tieghi lol, imma jien inhobb naqsam ma' haddiehor minn xiex inkun ghaddejt :D

nispera li l-posts li nitfa' millum 'l hemm joghgbuk :)

maqqju :)