Saturday, June 14, 2008

Dejjem tieghek...santa subito!

bhal hafna minn shabi l-istudenti, bhalissa ghaddej minn zmien iebes ta' ezamijiet u wasalt fi stat fejn kelli bilfors naqsam dan id-dwejjaq tieghi ma' xi hadd ta' fiducja! u liema soluzjoni hija aktar xierqa milli tara daqxejn il-famuz tele-hlewwa ta' Dejjem Tieghek, [She who must not be named]?

frazijiet mirquma bl-ahjar Malti li ma jintuzax! frazijiet ideali f'halq l-atturi ideali. kif jista' xi hadd ma jhossux komdu jiftah qalbu mal-protagonista, specjalment meta wiehed jiftakar li dan huwa karattru fittizju b'10 snin esperjenza fuq it-televizjoni Maltija! x'cuc hu Montalbano! persuna fil-kalibru ta' Chuck Norris - Robin Hood ta' zmienna. bniedma li fl-ezistenza taghha rat minn kollox u li madankollu tibqa' qrib il-batut! u ghalhekk, kif jista' xi hadd ma jidentifikax ruhu ma' imqar wahda mis-sitwazzjonijiet li ssib lilha nnifisha fihom l-ghaziza [She who must not be named]?

tassew li meta naslu ghas-si un-no fl-ahhar tas-sena, proprju meta jinghataw il-premijiet ta' l-aktar programmi segwiti, ma jkollniex bzonn l-ebda suspans biex inkunu nafu r-rizultati! l-ebda drama Maltija ma tikkompeti! l-ebda drama Maltija mhi alternattiva xierqa! infatti...l-ebda drama Maltija ohra ma tkun qed tidher nhar ta' Hadd filghaxija fl-istess hin :)

imbghad kull sena nisimghu l-ghidud li Ta' [She who must not be named] mhux se jkompli. u hemm nibdew nisimghu il-biki u t-thezziz tas-snien. krizi nazzjonali. talb u pellegrinaggi li ma jinstemghu m'ghand hadd hlief m'ghand l-awtrici :) li min-naha taghha taqtghalna xewqitna b'estenzjoni ghal sena ohra!

santa subito! tismaghhom jghajtu!

2 comments:

Unknown said...

wiccek jixel bit tbissimaaa ajnejkkk ileqquuu miskurinnnnnnnnnnn
[rap] dejjem tiak dejjm miak aha aha
haha :D lol
live or exist..
beck's haha

Unknown said...

trid taprezza l fatt ta kemm isiru auditions u lezzjonijiet ghan nies li jihdu sehem..b hekk tispikka dik in naturalezza liema bhala ;)