Thursday, June 05, 2008

Gej is-sajf...gejjin il-festi

hekk hu gheziez huti maltin u ghawdxin...gejjin l-gheziez festi!! u ta' spiss nsibu li programmi ta' diskussjoni fuq it-tv jorganizzaw dibattiti shah, nazzjonali, internazzjonali, ufficjali, u l-bqija tat-termini li jispiccaw bil-"ali", biex jippruvaw isibu konkluzjoni xierqa ghal din il-kwistjoni li f'malta ila ghaddejja zmien u ghomor...

jiena m'ghandix programmi tat-tv sfortunatament, izda ghandi dan il-blog.

mistoqsija ovvja hija "x'inhuma l-festi?" u t-twegiba ovvja taghha hija "devozzjoni lejn il-qaddis/a patrun/a tar-rahal/belt"...tajjeb.

u ghalhekk hallih ha jibda l-brijju! briju kbir!! sparar fuq sparar u gib lil min jispara!! armar sabih, l-ifjen materjal, l-ahjar piroteknicita, banda b'marci li jgennu lill-folla, qubbajt, fast-food, gugarelli tal-made in china li ma ssib imkien aktar hlief fil-pjazza dakinhar tal-festa! dwal kontra dwal u addio s-surcharge, uxeee dak issa jkun jafulna l-patrun...

imbghad xi nghidu ghall-partecipazzjoni ta' xi whud delettanti tal-marc f'certu inhawi...dak il-flixkun birra li xxerred fuq ta' madwarek waqt il-marc ta' filghodu dejjem tkun tridu eh! u heqq, imbghad fejn se tpoggih il-flixkun? mhux twaddbu lil xi hadd?!...uwejja...m'ahna nghidu xejn kbir b'daqshekk!! imbghad jahfrilna l-patrun...

lele izda mhux kollha jippartecipaw l-istess...imma dik il-kelma hazina fuq il-kazin ta' kontrina...uwejja...b'daqshekk?!

id-devozzjoni xi kultant titilfek...tidhol fl-ispirtu...u xi kultant l-ispirtu jidhol fik...

jekk wiehed qabel xejn jiccekkja ftit il-ghala dawn in-nies ghexieren u mijiet ta' snin ilu inghataw it-titlu ta' qaddisin, malajr jinduna li kienet is-semplicita` taghhom - il-hajja ezemplari - il-paci li ppridkaw. sewwa wisq. kellna bzonn erbgha bhalhom iduru ma' saqajna...jew nsomma, forsi ahjar le ghax ikollna aktar festi...

-----

p.s. jiena m'ghandi xejn kontra l-kultura tal-festi - anzi nahseb li hija okkazjoni fejn ir-rahal iqum fuq tieghu, u jigu varati bosta talenti fir-rahal. izda tajjeb forsi li l-konnotazzjoni mal-qaddis/a tittiehed ftit aktar bis-serjeta`. :)

2 comments:

Unknown said...

kemm taf tikteb bil malti croker.. impressjonajtni

Unknown said...

"vieru vieru" ja xufajk li hu ;)ckk