Wednesday, June 04, 2008

Il-Fenomenu ta' l-Ezamijiet

minhabba li ghaddej bl-ezamijiet, thajjart li nimla ftit il-hin billi noqghod nosserva ftit is-sitwazzjoni li jien u shabi ninsabu fiha...u hrigt b'konkluzjonijiet tabilhaqq interessanti. nixtieq qabelxejn niskuza ruhi ma' dawk delettanti ta' l-istatistika talli miniex ninkludi hawnekk numri u persentaggi.


l-aktar fenomenu komuni fost l-istudenti waqt l-ezamijiet hija s-similarita` li titrabba bejnhom u l-orsijiet fil-harifa. nies li matul is-sena jkunu l-eqqel fost dawk li jzommu d-dehra taghhom nadifa tibda tarahom jigu jixbhu aktar u aktar lill-orsijiet: lehja twila, xaghar twil, snien sofor...etc. interessanti wkoll li dan il-fenomenu jigi wkoll manifestat mill-attitudni taghhom ghad-dawl tax-xemx. hareg car mill-istudji li saru li l-maggoranza ta' dan it-tip ta' studenti (ejjew insejhulhom l-Orsijiet) jiehdu d-decizjoni li ma johorgux mid-dar (sakemm mhux ghall-ezamijiet...jew biex jingemghu bejniethom biex jistudjaw - verb kemxejn kumpless ghal xi whud) biex imbghad johorgu wahda tajba (l-hekk imsejha damdima) wara li jispicca kollox.

manifestazzjoni ohra, li ta' min nghidu minn qabel hija kompletament opposta ghal dik li tohrog mill-Orsijiet, hija ta' dawk li matul l-perjodu ta' l-ezamijiet jibdew ibaghtu minn claustrophobia qawwija. dawn l-istudenti jibdew jaraw x'jaghmlu biex jaghmlu attivitajiet paralleli, meta s-sens komun jghidlek li tajjeb li tqatta' aktar hin tistudja. hemm diversi modi ta' kif wiehed jesprimi din il-fobia. hemm uhud li jiddeciedu li jaghmlu pass importanti f'hajjithom f'dan iz-zmien, nghidu ahna jaqtghu is-sigaretti, jibdew dieta, jew sahansitra jiddeciedu li jiehdu sport bis-serjeta`. il-fobia f'dan il-kaz hija kemxejn sottili, izda xorta wahda taqa' taht claustrophobia minhabba li b'dan il-mod huma johorgu mill-gheluq tas-sitwazzjoni ta' l-ezamijiet billi jaghtu xejra differenti lill-hajjithom. aktar cari minn hekk hemm dawk li jibdew jaraw kif johorgu mid-dar aktar ta' spiss ghal kull skuza opportuna (attivita` li fost il-genituri tissejjah "jiggerra barra" jew "biza' li jaqa' s-saqaf fuq rashom"). dawn l-istudenti huma, ghalija, l-Artisti ta' l-ezamijiet ghax dan iz-zmien donnu jinspirahom aktar milli jirrestringilhom hajjithom.

il-konkluzjoni ta' din l-analizi hija li, minkejja b'modi differenti, l-ezamijiet jinstigaw fil-qalb ta' kull student bhal bzonn li jerga' 'lura ghall-origini tieghu tan-natura. hija ghalhekk opportunita`, aktar milli sitwazzjoni kerha, li minflok thallas session yoga biex tinghaqad man-natura...taghmel xi ezami :)

goodluck ghal kulhadd.

matthew :)

4 comments:

Jake said...

u mela ..... daqs session yoga ecitanti l-ezamijiet

Gertrude said...

hawnekk jidher car listress qawwi ta croker =P

SunSatION said...

Studju tassew interessanti li ser jbiddel il futur ta l-istatistica. Huwa importanti li naraw kif l-awtur beda juza kliem tekniku tul il-vjagg tieghu bhal orsijiet u damdima. Jidher fic-car li dan kien studju profond u fit-tama li jiftah l-imhuh taz-zaghzagh ghal esperjenza unika li jekk titlifa, ma taghmlhek parti mill-umanita tad-dinja.

Unknown said...

Vera originali! Prosit tal-osservazzjonijiet lol... it-tixbieha ta' l-orsijiet ghobtitni wisq :-)